More
See all Show me
5. Jum il-Malti 27 ta’ Mejju 2009
6 months ago
3. Turtle Release
7 months ago
1. Tuna Farming
7 months ago
Is-Sur George Curmi magħruf aħjar bħala Il-Puse’. Skont ma qalilna l-personaġġ innifsu din kienet l-ewwel darba li hu kien qiegħed jagħmel attivita’ bħal din fi skola. Waqt din l-attivita’ l-istudenti għamlu mistoqsijiet varji u hu wieġeb għal kull mistoqsija tagħhom. Waħda mill-mistoqsijiet kienet dwar jekk meta jkun idoqq jippreferix udjenza żagħżugħa jew udjenza matura. It-tweġiba kienet li għalih ma tagħmel l-ebda differenza. Iżda qalilhom li għalkemm huma kienu żgħażagħ xorta waħda kienu udjenza matura.

Beda t-taħdita tiegħu billi kellimhom dwar kif bdiet il-ħajra tiegħu għal mużika. Qalilhom li kien missieru li inkoraġġih. Ta’ ħmistax-il sena rebaħ scholarship u mar jistudja l-Italja f’Firenze. Ma tantx kien jaf bit-Taljan u hawnhekk is-Sur Curmi enfasizza l-bżonn tas-sagrifiċċju biex wieħed jilħaq għan f’ħajtu. Qalilhom ukoll li l-ewwel strument li daqq kien id-drums, iżda bħala strument ewlieni jqis il-vjolin. Idoqq ukoll is-saxaphone. Is-Sur Curmi qalilhom ukoll li bil-vjolin ma ddoqqx mużika klassika biss iżda tista’ ddoqq ukoll mużika moderna. Kompla billi qal li l-vjolin tista’ tużah għal karriera jew bħala passatemp. Meta studenta staqsietu biex jiddeskrivi lilu nnifsu, hu ddeskriva lilu nnifsu bħala bniedem umli u bniedem sempliċi. Hawnhekk indaqqet l-ewwel silta mużikali li kienet fuq stil Rhythm and Blues u li kien jisimha Cry me a River.

Credits

This conversation is missing your voice. Take five seconds to join Vimeo or log in.

Advertisement

Statistics

  •  
    plays
    likes
    comments
  • Total
    plays 187
    likes 0
    comments 0
  • Jan 6th
    plays 0
    likes 0
    comments 0
  • Jan 5th
    plays 1
    likes 0
    comments 0
  • Jan 4th
    plays 0
    likes 0
    comments 0
  • Jan 3rd
    plays 1
    likes 0
    comments 0
  • Jan 2nd
    plays 0
    likes 0
    comments 0
  • Jan 1st
    plays 0
    likes 0
    comments 0
  • Dec 31st
    plays 1
    likes 0
    comments 0
  • Dec 30th
    plays 0
    likes 0
    comments 0
Previous Week

Downloads

Please join Vimeo or log in to download the original file. It only takes a few seconds.