1. F’dan l-aħħar program ta’ din is-serje ser nagħtu ħarsa lura lejn l-istaġun tal-futbol elfejn u erbatax, elfejn u ħmistax li għadu kif intemm. Staġun li matulu sar tibdil fl-amministrazzjoni tal-Gozo Football Association u li fil-kompettizzjonijiet lokali spikkaw Xewkija Tigers li mhux biss rebħu l-kampjonat għat-tieni sena konsekutiva, iżda rebħu ukoll il-BOV GFA Cup u s-Super Cup.

    # vimeo.com/129773107 Uploaded
  2. Fil-program ta’ din il-ġimgħa ser naraw servizzi tal-logħbiet li wasslu għal tmiem l-istaġun elfejn u erbatax elfejn u ħmistax. Naraw il-mod kif iċ-champions Xewkija Tigers temmew staġun memorabli billi rebħu l-BOV GFA Cup u s-Super Cup meta fiż-żewġ finali għelbu l-isfida ta’ Oratory Youths.

    # vimeo.com/128776932 Uploaded
  3. Fil-program ta’ din il-ġimgħa ser niltaqgħu ma’ plejers Antoine Camilleri, Thiago Dos Santos u Claudio Antunes li rebħu l-unuri tal-plejer tax-xahar għal Frar, Marzu u April rispetivament. Naraw ukoll gowls mill-aħjar skorers tal-kampjonat li kienu sfidanti ta’ Claudio Antunes, l-attakant ta’ Nadur li spiċċa bħala l-aqwa skorer bi tlieta u għoxrin gowl.

    # vimeo.com/128141181 Uploaded
  4. Fil-program ta’ din il-ġimgħa ser ngħatu ħarsa lejn l-kompetizzjonijiet tal-Gozo Youth Football Association matul l-istaġun elfejn u erbatax, elfejn u ħmistax li għadu kif intemm. Naraw filmati u intervisti mal-protagonisti tat-timijiet li pparteċipaw f’’kompettizjonijiet differenti u ta’ timijiet li rebħu l-aktar unuri mportanti fil-kategoriji ta’ taħt il-ħmistax il-sena u taħt it-tmintax il-sena.

    # vimeo.com/127475346 Uploaded
  5. Fil-program għal din il-ġimgħa ser nwaslulkhom l-aħħar riżultati u l-klassifika finali tal-kampjonat Melita tal-ewwel diviżjoni u r-riżultat tal-play-off għal post fl-ewwel diviżjoni fl-istaġn li gej. Naraw ukoll servizzi tal-aħħar logħbiet mir-relegation pool tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni u servizz tal-aħħar logħba tal-kampjonat tat-tieni divizjoni fejn Għajnsielem iċċelebraw il-promozzjoni b’rebħa ta’ tnejn b’wieħed kontra Munxar Falcons.

    # vimeo.com/126108054 Uploaded

GFA Roundup Series 3

GOZOTV.COM PRO

Browse This Channel

Shout Box

Heads up: the shoutbox will be retiring soon. It’s tired of working, and can’t wait to relax. You can still send a message to the channel owner, though!

Channels are a simple, beautiful way to showcase and watch videos. Browse more Channels.